Is-sallura Ale għexet tul il-Gwerra Ċivili Amerikana (1861-1865) u ż-żewġ gwerer mondjali (1914-1918), (1939-1945) imma issa, l-aktar sallura fid-dinja li għexet, mietet ta 155 sena.
Is-sidien tagħha huma Żvediżi u qalu li s-sallur hu magħruf li jgħix bejn il-15 u s-60 sena imma l-ebda waħda minnhom qatt ma għexet daqs dik tagħhom.
Ir-residenti tal-belt ta’ Brantevik, fejn Ale kienet tinżamm f’bir flimkien ma’ sallura oħra żagħżugħa ta’ 110 snin, qatt ma ddubitaw mill-età tagħha u l-għaxqa tagħhom kienet li jafu li hemm isfel kien hemm dik il-kreatura.
Il-ħuta kienet intefgħet fil-bir minn tifel fl-1859, fl-istess sena li tħaffer l-ewwel bir għaż-żejt fl-Istati Uniti, l-ewwel darba li nstemgħu t-tokki tal-Big Ben fuq Londra u Charles Dickens ippubblika A Tale of Two Cities.
//= $special ?>