Lokali

Simon Busuttil jilqa’ l-isfida tal-Ice Bucket Challenge

L-isfida magħrufa bħala Ice Bucket Challenge qed tkompli tikber fil-popolarita’ hekk kif fl-aħħar jiem bosta kienu dawk li ġew sfidati jidħlu għaliha.

Il-bieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil ħabbar li kien se jagħti donazzjoni lil Puttinu Cares. Hu kien ġie sfidat minn Marvin Galea u Matthew Calleja.

Iżda hu reġa’ ġie sfidat mill-Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ The Times of Malta, Ariadne Massa. Għalhekk dalgħodu laqa’ l-isfida u filwaqt li ħeġġeġ lin-nies jagħtu donazzjoni għal persuni li jbagħtu mill-ALS, ipparteċipa fl-ice bucket challenge bil-parteċipazzjoni ta’ ibnu Zack u sħabu, li kienu huma li tefgħu l-ilma bil-silġ fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni.