Tfajla ta’ 20 sena mill-Furjana intbagħtet sentejn ħabs fuq prostituzzjoni. Hija ngħatat sentenza ta’ sentejn ħabs wara li ammettiet l-akkużi miġjubin kontriha. Fil-perjodu li ser tkun qed tiskonta l-piena fil-Faċilita’ Koprrettiva ta’ Kordin, it-tfajla ser tkun qed tagħmel programm mal-Caritas biex tegħleb il-vizzju tad-droga.
Donna Sciberras ammettiet li tlajjat għal skop ta’ prostituzzjoni u serqet karozza tat-tip Isuzu Gemini. Hija m’ammettietx li serqet il-karozza iżda wieġbet ħatja li għamlet il-ħsara fuq l-istess karozza u saqitha mingħajr ma kienet koperta b’polza tal-assikurazzjoni. Sciberras kienet akkużata wkoll li ftit tal-jiem ilu kienet qed titlajja għal skop ta’ prostituzzjoni f’postijiet bħal Gżira u l-Marsa.
Sa ftit tal-ġranet ilu, t-tfajla kienet qiegħda tagħmel programm mal-Caritas iżda waqfet milli tattendi waqt li kienet għaddejja bil-probation. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Carlos Cordina. Ma’ l-għoti ta-sentenza Sciberras infaqgħet tibki.
//= $special ?>

