Sport

Sewwieqa Maltin b’suċċessi fl-Iżvezja

Żewġ sewwieqa Maltin Chris Polidano u Monty Bugeja bħalissa jinsabu fl-ewwel żewġ postijiet tal-klassifika tat-Top Methanol Dragster fil-kampjonat tal-FIA European Drag Racing.

Chris Polidano għal Kalanċ Team u Monty Bugeja għal Mr Whippy. Monty Bugeja kien rebaħ dan il-kampjonat fl-Ingilterra fl-2012.

Chris Polidano u t-tim tiegħu jinsabu fl-ewwel post b’ 197 punt filwaqt li Monty Bugeja u t-tim tiegħu jinsabu fit-tieni post b’ 162 punti.

Iż-żewġ sewwieq Chris Polidano u Monty Bugeja f’2012 kienu fl-istess pożizzjoni meta Monty rebaħ il-kampjonat. Bħalissa iż-żewġ sewwieqa qed ilestu għal tiġrija kontra xulxin. Hemm ċans ukoll li ż-żewġ sewwieqa jsuqu kontra xulxin f’ Santa Pod fl-Ingilterra. Fl-2012 meta saqu kontra xulxin fil-finali, Monty kien diġa ddikjarat rebbieħ tal-kapjonat.

Filwaqt li l-Malti Duncan Micallef jinsab fis-6 pożizzjoni tal-klassifika tat-Top Fuel Dragster, li hija l-aktar klassi veloċi fejn dawn id-dragsters kapaci jaslu distanza ta’ kwart ta’ mil f’inqas min 4.5 sekondi. Pero minħabba tbiddil fir-regoli dawn issa jistgħu jsuqu biss sa elf pied

Il-Maltin Shaun Buttigieg u Luke Farrugia wkoll qegħdin fil-kampjonat tal-FIA European Drag Racing, iżda fis-sezzjoni tal-kampjonat tas-Super Street Bike. Shaun Buttigieg huwa wieħed mil-aktar veloċi b’ħin sabiħ ta’ 7.1097 sekondi b’ veloċita ta’ 324.71 kph.

Ritratt minn fuq il-paġna ta’ Facebook ta’: Mr. Whippy Racing Team