Internazzjonali

Suspetti li mara Taljana mardet bl-Ebola

Mara Taljana ta’ 23 sena ddaħlet fi sptar f’Istanbul fit-Turkija u tpoġġiet taħt kwarantina minħabba suspetti li tista’ tkun marida bl-Ebola.

Hi waslet f’Istanbul mill-Kenja u waqt il-vjaġġ kien ħassha ħażin. Qabel ma telqet mill-Kneja, it-tobba qalu li aktarx kellha l-malarja imma waqt il-vjaġġ hi ħassha ħażin u nqala’ paniku fuq l-ajruplan minħabba l-biża li hemm bħalissa minħabba l-Ebola.