Internazzjonali

Traġedja oħra f’ibħra Libjani

Hu stmat li tal-anqas 170 immigrant mietu barra mill-kosta Libjana. Dan wara li l-lanċa li biha kienu qed jippruvaw jaqsmu lejn l-Ewropa għerqet.

L-awtoritajiet Libjani sa tard ilbieraħ kienu sabu 15-il katavru biss u 16 instabu ħajjin. Imma l-indikazzjonijiet huma li abbord il-lanċa kien hemm mal-200 persuna.

Imma l-awtoritajiet Libjani huma pessimisti li jsibu kemm aktar nies ħajjin kif ukoll katavri. Dan peress li għad-dispożizzjoni tat-tfittxija hemm biss lanċa waħda.

Nhar il-Ħamis hu rappurtat li kienu salvati 75 immigrant wara li kienu ilhom ħamest ijiem fil-baħar.

Il-lanċa għerqet madwar 60 kilometru mill-kosta ta’ Tripli.