Żewġ żgħażagħ Spanjoli nhar il-Ġimgħa kienu kkundannati sentenza sospiża wara li ammettew li wettqu atti vandali fuq sitt karozzi fis-Swieqi. Wieħed mill-atti vandali sar fi Triq il-Ħemel.
Hekk kif juri dan il-filmat iż-żewg żgħażagħ Spanjoli jidhru jiġru fit-triq meta f’ħin minnhom resqu lejn karozza u taw daqqa ta’ sieq lill-mera.
Sid il-karozza vvandalizzata, Michelle Sullivan esprimiet fuq facebook kif fortunatament raġel kien għaddej bil-karozza tat-tip ‘Astra Estate’ u jidher li hu kien wieħed min dawk il-persuni li għamlu rapport l-għassa meta raw xi tip ta’ atti ta’ vandaliżmu.
Filmat ta’ Michelle Sullivan
//= $special ?>