Hekk kif bħalissa d-dinja kollha qed titkellem dwar l-Ice Bucket Challenge biex tinħoloq kuxjenza u jinġabru fondi b’risq persuni li jbatu mill-ALS, aktar persuni qed ikomplu jistiednu lil sħabhom biex jipparteċipaw f’din il-kampanja.
Madankollu, il-ġurnalista ta’ Media.Link Communications Alessia Psaila Zammit għażlet li tespandi l-isfida … u minflok ma nnominat tliet persuni, kif inhi l-proċedura, innominat it-tliet Kmamar tal-Aħbarijiet tat-tliet stazzjonijiet televiżivi ewlenin f’pajjiżna.
Għaldaqstant, wara li laqgħet l-isfida ta’ żewġha, il-preżentatur ta’ “Iswed fuq l-Abjad” fuq NET Television, l-Avukat Frank Psaila, il-ġurnalista ta’ Media.Link spjegat li bin-nomina tagħha, qed tgħin biex il-poplu Malti jerġa’ jingħaqad anke għal din il-kawża ġusta.
//= $special ?>