Lokali

Informazzjoni għall-vjaġġaturi dwar l-vajrus tal-Ebola

Bħala miżura ta’ prekawzjoni, biex jillimitaw espożizzjoni f’żoni milquta bil-vajrus tal-Ebola, l-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika jirrakkomandaw il-pubbliku biex jevita vjaġġar mhux essenzjali lejn in-nazzjonijiet Afrikani tal-Punent : Ginea, Liberja, Sierra Leone u n-Niġerja.

 

Jekk l-ivvjaġġar għal dawn il-pajjiżi huwa inevitabbli, huwa rakkomandat :

 

  • Evita kuntatt dirett ma’ demm jew fluwidi tal-ġisem ta’ persuni ħajjin jew mejtin jew oġġetti li jkunu possibilment infettati;
  • Evita l-kuntatt mill-qrib ma’ annimali selvaġġi u l-konsum ta’ “bush meat”;
  • Evita l-att sesswal mhux protett;
  • Żomm iġene personali

 

Jekk persuna kienet residenti f’żoni fejn każijiet Ebola ġew irrappurtati reċentement, huwa rakkomandat li tikkuntattja l-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika fuq 2132 4086, mal-ewwel sinjali li jistgħa jkun hemm jekk dan jseħħ wara li l-persuna tkun telqet mill-pajjiż infettat fi żmien 21 ġurnata. Is-sintomi jinkludu deni, uġigħ ta’ ras, uġigħ fl-għadam, uġigħ fil-griżmejn, dijarea, rimettar, uġigħ fl-istonku, raxx, għajnejn ħomor, u f’xi każijiet telf ta’ demm.

 
Għal aktar informazzjoni wieħed jista jagħmel kuntatt mad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard fuq 2132 4086.