Internazzjonali Lokali

L-ebda Malti ma jweġġa’ wara t-terremot f’Kalifornja

Il-Maltin li bħalissa jinsabu f’Kalifornja jinsabu kollha qawwijin u sħaħ wara t-terremot ta’ forza 6 fuq l-Iskala Richter li heżżeż iż-żona.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li l-Konslu Ġenerali Malti Louis J. Vella għamel kuntatt mal-Maltin kollha fiż-żona, fejn sar mar magħruf li ħadd minnhom ma weġġa’.

Madankollu, spjegat l-istqarrija, familja waħda Maltija sofriet ħsarat strutturali fid-dar fejn toqgħod, iżda anke f’dan il-każ fortunatament ħadd ma weġġa’.