Huwa b’dan il-mod li l-kumpanija Ozosystem Cleaning Services wettqet l-Ice Bucket Challenge, sfida li qed tara l-konkorrenza ta’ miljuni ta’ persuni minn madwar id-dinja, li qed jagħmlu dan il-ġest bl-għan li jinġabru flus għar-riċerka fuq il-marda ALS: marda li taffettwa n-nervituri u thalli l-pazjenti paralizzati.
U s’issa, din l-inizjattiva oriġinali wasslet biex jingabru mas-70 miljun dollaru, ferm iktar miż-żewġ miljuni u nofs li kienu nġabru b’kampanji oħrajn matul is-sena li għaddiet.
Iżda l-kumpanija Ozosystem Cleaning Services ħasbet biex tuża dan il-ġest biex tagħti xi ħaġa wkoll lil żewġ organizzazzjonijiet Maltin li tant jaghmlu ġid: Hospice Malta u Puttinu Cares, bil-ħaddiema tal-kumpanija bejniethom jigbru €200 għal kull għaqda.
Is-sid tal-kumpanija, Mario Muscat, spjegalna r-raġuni wara din id-deċizjoni.
Tkellimna wkoll ma’ Fabio Muscat, li min-naħa tiegħu spjegalna l-valur li dan il-ġest kiseb bis-sehem ta’ diversi membri tal-kumpanija.
U wara dan il-ġest ma jonqsux iktar nominazzjonijiet. Wara li saret id-donazzjoni lil Hospice Malta, il-kumpanija nnominat lil-lukandi Fortina, Corinthia Palace u Radisson ta’ Malta, kif ukoll l-istazzjon tar-radju Bay Radio.
L-għotja ta’ €200 ohra lil Puttinu Cares tkompliet bin-nominazzjoni ta’ grupp ta’ Maltin li qegħdin Las Vegas, tas-supporters tat-timijiet ta’ Valletta u Birkirkara FC u tal-impjegati tal-kumpanija Where’s Everybody.
//= $special ?>
