Għaxar Sudaniżi inqatlu meta missila li ma kenitx intenzjonata għalihom laqtet dar fid-distrett ta’ Karimiya, lejn il-Lvant ta’ Tripli. Dan kien it-tieni inċident f’erbat ijiem fejn missila li kienet sparata lejn mira speċifika ħalliet il-vittmi innoċenti fil-kapitali Libjana.
Il-kelliema għall-El Tayeb Ishag, il-Kumitat għas-Sudaniżi li spiċċaw iżolati fil-Libja, qalu li l-aħħar missila ikkaġunat ammont ġmielu ta’ imwiet u qerda fiz-zona ta’ Karimiya, fejn qed jgħixu ħafna mill-kompatrijotti tagħhom.
Il-Kumitat Ishag spjega li madwar 15,000 Sudaniżi huma residenti f’Karimiya u ġo zona fil-qrib li hi magħrufa għall-iswieq tagħha. Iż-żewġ zoni huma kkunsidrati bħala l-akbar distretti ta’ Tripli fejn qed jgħixu residenti Sudaniżi u meta ‘l-assedju fuq dawn l-inħawi qed jimponi theddida kbira u konsistenti għall-ħajja’.
//= $special ?>