Somalu ġie kkundannat sena u tliet xhur ħabs wara li ammetta li kellu fil-pusses tiegħu tliet pakketti droga kannabis, meta f’ April li għadda kien ingħata sentenza fuq każ ta’ serq. Fil-fatt, hu ġie kkundannat sena ħabs fuq il-każ ta’ April, kif ukoll tliet xhur dwar il-każ tad-droga.
Mohammed Kheyre Heybe, ta’ 24 sena, ammetta quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea li lbieraħ kellu fil-pusses tiegħu d-droga kannabis jew biċċa minnha, li kkommetta reat waqt il-perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża mogħtija mill-Maġistrat Tonio Micallef Trigona u li sar reċediv.
Il-Qorti qaltlu li għandu tmien ġranet ċans biex jappella mis-sentenza u ngħata l-libertà proviżorja sakemm jiddeċiedi dwar l-appell fuq depożitu ta’ €100. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Nikolai Sant, filwaqt li għal Heybe deher l-Avukat tal-Għajnuna Legali Anthony Cutajar.
//= $special ?>

