Tabib fil-Liberja miet wara li spiċċa infettat bil-virus tal-Ebola u minkejja li hu kien ingħata t-trattament bil-mediċina Zmapp. Il-mediċina inkwistjoni għadha fi stadju ta’ żvilupp u meta qabel kienet dehret pjuttost effettiva fit-trattament ta’ pazjenti li ġarrbu din il-marda qattiela.
L-aħbar ingħatat mill-Ministeru tal-Informazzjoni f’Monrovia, u meta r-rapporti, qabel, qalu li z-Zmapp kienet strumentali għal uħud fost il-pazjenti – inklużi żewġ tobba Amerikani – biex jirkupraw mill-Ebola.
It-tabib inkwistjoni, Abraham Borbor, kien wieħed minn tliet tobba fil-Liberja li kien ingħata z-Zmapp u li kienu qegħdin juri sinjali ta’ titjib fil-kundizzjoni tagħhom.
Din is-sena mietu ‘l fuq minn 1,400 persuna mill-Ebola f’erba’ pajjiżi Afrikani tal-Punent u li huma l-Guinea, il-Liberja, in-Niġerja u Sierra Leone.
Lewis Brown, il-Ministru tal-Liberja li hu inkarigat mill-Informazzjoni, qal li Arbor kien deher li qed jirkupra iżda, hu, imbagħad, qaleb għall-agħar f’daqqa.
Mifhum li t-tabib miet fl-inħawi ta’ Monrovia, bl-awtoritajiet fil-Liberja qed jimponu kwarantina fl-ibnadi tal-kapitali biex jippruvaw iwaqqfu l-firxa tal-virus.
//= $special ?>