Internazzjonali

Taljani u Ingliżi jiġġieldu mal-militanti islamiċi

ARKIVJI

Hekk kif il-forzi tas-sigurta Ingliżi u Amerikani qed jagħmlu tfitxija kbira għall-persuna liq atel lill-ġurnalist Amerikan James Foley il-ġimgħa li għaddiet, diversi pajjiżi Ewropei huma mħassba dwar l-ammont ta’ żgħażagħ minn pajjiżhom li qed jiġġieldu mal-militanti Islamiċi.

Il-Gvern Ingliż qal li jikkalkola li hemm madwar 400 żgħażugħ Ingliż liq ed jiġġieldu mal-militanti Islamiċi u hemm biża reali li la darba dawn jirritornaw lura, se jwettqu atti ta’ terrormiżmu fl-Ingitlerra u pajjiżi oħra.

Issa s-servizzi sigrieti Taljani qalu li jikkalkolaw li hemm madwar 50 ċittadin Taljan tal-eta bejn it-18 u l-25 sena jiġġieldu mal-militanti Islamiċi imma li 20 fil-mija huma tfal ta’ immigranti. Huma qalu wkoll li hemm madwar 200 żgħiżigħ ieħor fl-Italja li xogħolhom hu li jibqgħu fl-Italja biex isibu żgħażagħ Ewropei ta’ twemmin Musulman biex imorru jiġġieldu fl-Iraq u S-Sirja imma jitqiesu bħala perikolużi ħafna għaliex xi wħud minnhom kienu ngħataw taħriġ militari fl-Afganistan. Ħafna huma attivi fi bliet bħal Brescia, Bologna, Padova, Napli u Ruma.

Is-servizzi sigrieti Taljani u dawk Ingliżi qalu li parti kbira mill-propoganda biex iħajru dawn iż-żgħażagħ imorru jiġġieldu qed isir minn fuq l-Internet.

L-Italja u l-Ingilterra m’humiex l-unika pajjiżi effettwati u hemm sitwazzjoni simili anki fil-:ermanja, Franza u l-Belġju.