Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard qed iwissi li fil-jiem li ġejjin pajjiżna mistenni jesperjenza temperaturi aktar sħan billi l-ogħla temperatura mistennija tkompli tiżdied. Għaldaqstant, fi stqarrija, id-Diviżjoni tas-Saħħa avża lill-pubbliku dwar l-importanza li wieħed jixrob iktar mis-soltu fix-xhur tas-Sajf.
It-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf ta’ ilma mill-ġisem, li jista’ jirriżulta f’li wieħed jixxotta u jkollu dehydration. Is-sħana tista’ taffetwa lil kulħadd, speċjalment anzjani, trabi, tfal żgħar, persuni li qed ibatu b’xi kundizzjoni kronika jew huma attivi ħafna.
Id-Direttorat appella biex jekk hu possibli wieħed jevita li joħroġ barra bejn 11am u l-4pm, kif ukoll li joqgħod f’postijiet friski fid-dar jew fil-post tax-xogħol. Appella wkoll biex wieħed jixrob regolarment u jiekol ikel frisk, filwaqt li jekk wieħed ikollu xi dubju, għandu dejjem jikkonsulta lit-Tabib.
//= $special ?>