Internazzjonali

Dibattitu mqanqal dwar l-indipendenza tal-Iskozja

Il-Ministru Ewlieni tal-Iskozja, Alex Salmond, u Alistair Darling, li qed imexxi l-kampanja ‘Better Together’ favur Renju Unit magħqud, ikkonfrontaw lil xulxin f’dibattitu jaħraq fi Glasgow. Id-dibattitu ta’ siegħa u nofs li xxandar għall-poplu Britanniku kollu kien anki l-aħħar wieħed qabel ir-referendum dwar il-futur tal-Iskozja bħala pajjiż indipendenti, li se jsir fit-18 ta’ Settembru.

L-introjtu miż-żejt, il-kambju u l-futur tal-armamenti nukleari kienu fost is-suġġetti li spikkaw l-aktar waqt id-dibattitu.

Sadanittant, Darling, l-eks Kanċillier (Ministru) tal-Finanzi fil-Gvern Laburista preċedenti, wissa li Salmond kien qed jieħu ‘pass fid-dlam’ bl-impenn għall-indipendenza u wissa li l-poplu Skoċċiż jaqbillu li tinżamm is-sistema preżenti tas-sigurta speċjali għar-Renju Unit kollu.

Salmond akkuża lil Darling li qed jappoġġja politika ‘li titfa lit-tfal Skoċċiżi fil-faqar’, iżda l-avversarju tiegħu ċaħad għal dan u sfida lil Salmond biex jiżvela l-pjan tiegħu, f’każ li Londra tirrifuta li taqsam il-lira Sterlina ma’ pajjiż tal-Iskozja indipendenti.

Wara d-dibattitu, stħarriġ għall-gazzetta The Guardian indika vantaġġ sostanzjali għal Salmond li kellu l-appoġġ ta’ 71 fil-mija kontra d-29 fil-mija għal Alistair Darling.