Erbatax-il investitur ippreżentaw protest fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra d-Diretturi tal-kumpanija Maltese Cross Financial Services Ltd. fejn qegħdin jitolbu li jingħataw lura l-kapital mitluf bl-interessi b’kollox.
Il-kumpanija qiegħda tiġi nvestigata mill-MFSA bl-operazzjonijiet tagħha jiġu sospiżi. Il-protest sar kontra d-Diretturi Jean Claude Bugeja, Robert Cutajar u Stephen Spiteri. L-investituri qalu li huma kienu nfurmati mill-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA li l-operazzjonijiet tal-kumpanija ġew sospiżi iżda ma semgħu xejn aktar u dan minkejja li huma ppruvaw jiġbdu lura l-investimenti tagħhom
Huwa mifhum li l-flus allegatament mitlufa jammontaw għal miljuni ta’ ewro. Fil-protest tagħhom l-investituri talbu lura flushom bl-interessi b’kollox u li jingħataw id-dettalji kollha dwar l-investimenti li saru jew suppost li saru.
L-investituri fid-dawl ta’ dan kopllu bagħtu ittra lill-kumpanija u qegħdin jesiġu li fi żmien jumejn mill-protest din tgħaddi l-informazzjoni kollha u trodd lura l-investimenti bl-interessi b’kollox. Fin-nuqqas ta’ dan huma qegħdin jżommu d-dritt li jibdew proċeduri legali skont il-liġi. L-Avukati Adrian Delia u Kris Scicluna ippreżentaw il-protest f’isem l-investituri.
//= $special ?>