Il-Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet ta’ Media.Link Communications Nathaniel Attard laqa’ l-isfida tal-ġurnalist ta’ Newsbook u Station Manager tar-radju RTK Karl Wright għall-Ice Bucket Challenge b’risq dawk li jbatu mill-ALS. Hu kellu *l-isfida wkoll mill-ġurnalista ta’ Media.Link Alessia Psaila Zammit, li nnominat lit-tliet Kmamar tal-Aħbarijiet televiżivi ewlenin f’pajjiżna*.
Quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, Attard innomina lill-President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN Ann Fenech u liż-żewġ Membri Parlamentari Ewropej Roberta Metsola u Alfred Sant. Spjega li laqa’ din l-isfida għax hi biex titqajjem kuxjenza dawk il-marda qerrieda fin-nervituri u li s’issa m’hawnx kura għaliha.
Nathaniel Attard spjega li qabel il-ħasla, hu ta donazzjoni lill-ALS Association mis-sit elettroniku www.alsa.org, filwaqt li stieden lil dawk li nnomina biex jagħmlu l-istess.
//= $special ?>

