Qorti

Kaħħal Libjan mixli li fera Libjan ieħor f’Għawdex

Kaħħal Libjan ta’ 33 sena ġie mixli quddiem il-Qorti ta’ Għawdex li fera gravament b’sikkina lil raġel ieħor waqt ġlieda barra n-nightclub La Grotta fix-Xlendi. Samir Werfali ġie mixli quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri li fera lil Libjan ieħor għall-ħabta tas-1.15am ta’ sbieħ il-Ħadd li għadda. Il-vittma, li wkoll hu kaħħal, kellu bżonn li jsirulu 10 punti f’idu.

Wefali tressaq il-Qorti mill-Ispettur Frank Tabone u wieġeb li mhux ħati. Hu ġie mixli wkoll li uża arma rregolari, li hedded lil Libjan, li kiser il-paċi pubblika u li kien fil-pusses ta’ arma mingħajr liċenzja. Minkejja l-oġġezzjoni tal-Prosekuzzjoni, Werfali ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,500 u garanzija personali ta’ €5,000, kif ukoll diversi kundizzjonijiet oħrajn.