Żewġ Taljani kienu mogħtija l-libertà kkundizzjonata wara li ammettew li nsulentaw numru ta’ Uffiċjali tal-Pulizija li kienu stazzjonati f’Paceville. Francesco Nanni, ta’ 32 residenti Tas-Sliema, u Michele Stefanelli, ta’ 26 sena li joqgħod il-Gżira, ammettew li wettqu r-reat u li kisru l-paċi pubblika għall-ħabta tas-2am ta’ sbieħ it-Tnejn li għadda.
Id-Difiża argumentat li t-Taljani ma kienux Paceville biex jiġġieldu, iżda kienu hemm jieħdu xi drinks ma’ żewġ tfajliet. Il-Pulizija marru fil-post minħabba l-istorbju li kien hemm fl-inħawi. Ingħad ukoll li kien hemm ħafna nies jagħmlu l-istorbju fil-post, iżda għal xi raġuni kienu t-Taljani li ġew arrestati. Is-sitwazzjoni setgħet ma waslitx s’hawn kieku l-Pulizija kienu aktar professjonali fil-qadi ta’ dmirijiethom, sostniet id-Difiża.
Il-Maġistrat Aaron Bugeja llibera lit-Taljani bil-kundizzjoni li ma jwettqux reat ieħor fi żmien tliet snin. Huma ġew immultati wkoll is-somma ta’ €50 kull wieħed.
//= $special ?>

