Il-Ministru responsabbli mill-Gvern Lokali Owen Bonnici ma jweġibx b’mod ċar jekk l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ta’ Marzu tas-sena d-dieħla humiex se jsiru jew le.
Minflok, jiddikjara li l-Gvern beħsiebu jiftaħ proċess ta’ konsultazzjoni sabiex ikun stabbilit jekk l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali għandhomx ikunu posposti biex imbagħad jibdew isiru mal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew kull ħames snin.
F’kummenti lil Maltarightnow.com, il-Ministru Bonnici qal li jidher li hemm qbil li l-elezzjonijiet lokali jsiru kull ħames snin. Li donnu m’hemmx qbil, sostna Owen Bonnici, hu kif wieħed jasal għal deċiżjoni.
Mistoqsi jispeċifika ma’ min se tkun qed issir din il-konsultazzjoni, il-Ministru Bonnici ma weġibx lanqas…u qal li l-Gvern se jkun qed iħabbar ma’ min se jkun qed jikkonsulta.
//= $special ?>

