Lokali

Żagħżugħ Slovakk isofri feriti gravi wara li waqa’ mill-għoli f’lukanda fi Spinola

Żagħżugħ Slovakk ta’ 19-il sena sofra feriti gravi wara li dalgħodu waqa’ f’shaft għoli madwar erba’ sulari fil-lukanda San Raffaello fi Spinola, San Ġiljan.

Il-Pulizija kienu nfurmati b’dan il-każ fil-5.30am u marru fuq il-post fejn marru wkoll membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. L-operazzjoni ta’ salvataġġ biex iż-żagħżugħ jittella’ mix-shaft ħadet madwar siegħa u nofs.

Iż-żagħżugħ ittieħed għall-kura l-Isptar Mater Dei.