Lokali

Diversi persuni min-Newsrooms differenti jilqgħu l-isfida tal-Ice Bucket Challenge

Wara li l-Ice Bucket Challenge waslet ukoll fin-Newsroom tagħna, bil-kollega Alessia Psaila Zammit tinnomina tliet newsrooms televiżivi ewlenin ta’ pajjizna biex jidhlu ghal din l-isfida, l-isfida taghna ntlaqghet.

L-Ice Bucket Challenge qed issir b’risq l-ALS Association li toffri servizzi lil persuni li jbatu mill-kundizzjoni tal-ALS u twettaq ukoll ricerka fuq din il-kundizzjoni li taffetwa in-nervituri fil-mohh u s-sinsla tad-dar. Ir-ricerka hija immirata lejn trattament ghal din il-kundizzjoni li ghalissa ghad m’hawnx kura ghaliha.

Nhar it-Tnejn, din l-organizazzjoni habbret li sa dakinhar kienu ngabru kwazi tmenin miljun dollaru mill-Ice Bucket Challenge madwar id-dinja.