Waqt il-Festi tal-Indipendenza, organizzati mill-Partit Nazzjonalista fuq il-Fosos tal-Floriana, se jkun hemm ukoll rokna mmirata biex toħloq għarfien dwar stil ta’ ħajja b’saħħitha. Il-PN qed jagħmel dan biex joħloq kuxjenza dwar stil ta’ ħajja b’saħħitha b’inizjattivi li jikkumplimentaw il-Private Member’s Bill dwar kif se nikkumbattu l-obeżità, li l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ u l-Isport Robert Cutajar kien ressaq f’Ġunju li għadda l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-iSport u Zghazagh, Robert Cutajar.
Mal-mikrofonu ta’ MaltaRightNow.com, Robert Cutajar spjega li l-PN irid joħloq aktar għarfien dwar il-konsegwenzi tal-obeżità, li qed twassal għal ħafna problemi ta’ saħħa u li tiswa lill-finanzi tal-pajjiż madwar €19 miljun. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni spjega li l-Private Member’s Bill hu inizjattiva pro-attiva tal-Oppożizzjoni b’miżuri favur stil ta’ ħajja b’saħħitha minn qabel it-twelid sal-anzjanità.
Spjega li fil-Healthy Living Corner fuq il-Fosos, se jkun hemm testimonanjanzi ta’ persuni li kienu obeżi, informazzjoni minn Nutritionists u Tobba, fost professjonisti oħrajn, kif ukoll faċilitajiet sportivi bħar-rota u treadmills, li se jkunu jistgħu jintużaw mill-pubbliku taħt il-gwida ta’ Instructors apposta. Din ir-rokna se tinkludi wkoll ikel tajjeb għas-saħħa bħall-frott u attivitajiet sportivi fosthom arti marzjali.
MaltaRightNow.com tkellem ukoll ma’ Alan Abela Wedge, li se jkun qed jipparteċipa f’din ir-rokna fuq il-Fosos u li hu stess ikkumbatta l-isfidi tal-obeżità. Filwaqt li spjega li fit-18 ta’ Settembru se jkun hemm diskussjoni dwar l-obeżità, Abela Wedge qal li fl-aħħar sentejn għadda minn perjodu fejn tilef piż zejjed u jixtieq jaqsam l-esperjenza tiegħu fl-attività fuq il-Fosos ħalli jagħmel kuraġġ lil persuni li jixtiequ jagħmlu dan il-vjaġġ. Hu tkellem ukoll dwar l-importanza li partit politiku jitratta l-isfidi marbutin mal-obeżità.
//= $special ?>