Kunsilli Lokali Lokali

Il-KKLPN jesprimi dubji dwar il-ġenwinita tal-gvern

Il-Kulleġġ Kunsilliera Lokali tal-Partit Nazzjonalista (KKLPN) jinnota dak li tħabbar dalgħodu mill-Ministru responsabbili mill-Kunsilli Lokali Owen Bonnici fejn dan ħabbar li l-gvern ser iniedi proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-proposta tal-gvern li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali jiġu posposti sas-sena 2019; proposta li dwarha diġa tressaq l-ewwel qari tal-abboz ta’ liġi.

Il-KKLPN jemmen li jekk il-gvern huwa tassew serju u ġenwin fl-intenzjonijiet tiegħu ċertament ma’ kienx jibda l-proċess ta’ konsultazzjoni ħames xhur biss qabel huwa skedat li jsiru tali elezzjonijiet izda kien jibda tali proċess ferm qabel.

Aktar u aktar meta din il-materja ħarġet fil-pubbliku biss grazzi għal Kap tal-Opposizzjoni Simon Busuttil li kixef x’kien qiegħed iħejji l-gvern wara l-kwinti.

KKLPN jemmen li l-posizzjoni tal-gvern tkompli toħloq atmosfera ta’ inċertezza fost is-sindki, kunsilliera u kandidati prospettivi li zgur għandhom kull dritt ikunu jafu x’inhi l-pozizzjoni tal-gvern.

Fuq kollox KKLPN issibha ironika li l-gvern qiegħed jħejji l-pjani biex jikkonsulta dwar jekk għandiex issir l-aqwa forma ta’ konsultazzjoni, dik diretta man-nies permezz ta’ elezzjoni demokratika.