Għada l-attenzjoni taċ-Champions League se tkun mixħuta wkoll fuq deċiżjoni li l-President tal-UEFA Michel Platini mistenni jieħu dwar jekk jikkontestax jew le għall-Presidenza tal-FIFA. Platini mistenni jiltaqa’ ma’ uffiċjali tal-54 pajjiż Ewropew membru tal-UEFA u jiddiskuti magħhom jekk jikkontestax lil Sepp Blatter.
Għall-elezzjonijiet ta’ Mejju 2015, Platini mistenni jippreżenta lill-membri tal-UEFA pjan li ħejja u li lest jiddiskuti mal-istess membri. Skont Platini, il-FIFA mmexxija minn Blatter, li għandu 79 sena, għandha bżonn nifs ġdid u ideat ġodda. Tenna wkoll li mhux se jkun qed jagħti l-ebda appoġġ lil Blatter.
Fid-29 ta’ Mejju 2015, meta għandha ssir l-elezzjoni għall-Presidenza tal-FIFA, b’kollox hemm 209 pajjiż membru intitolati għal vot fl-elezzjoni li għandha ssir fi Zurich.
//= $special ?>

