Tlett prostituti qalu fil-Qorti li kienu jiġu trattati bħala skjavi minn sid il-kera li kienet tiġri warajhom għall-kumpens ta’ kull klijent li kienu jaħdmu. In-nisa xehdu fil-kawża kontra Therese Cutajar ta’ 60 sena u żewġa Mohammed Saad ta’ 25 sena, li qed jiġu akkużati li mexxew burdell fi triq Testaferrata l-Gżira.
Waħda mill-prostituti, Marie Louise Magro, qalet li kien ikollha tieħu permess anke biex sempliċiment tmur sat-toilet. Magro rrakkuntat kif madwar ġimgħatejn ilu kellha tmur l-għassa tal-pulizija wara li Theresa Cutajar keċċieta mid-dar fejn kienet toqgħod, b’ta’ fuqha senduqa.
Magro spjegat li hi kienet li avviċinat lil Theresa biex tibda taħdem bħala prostituta fil-propjeta tagħha u din aċċettatha. Fil-bidu kienet titrattha tajjeb ħafna.
Kellha ttiha 5 euro għal kull klijent u maż-żmien Theresa bdiet titloba wkoll tal-ikel, tal-ħasil tal-ħwejjeġ, u biex tinħasel kellha titlob ukoll titlob il-permess. Prostituta oħra Spiridiona Caruana li xehdet fil-Qorti akkumpanjata minn żewġha ikkonfermat dan, u żiedet wkoll li l-klijenti kienet tagħżilhomlha hi.
Xhud oħra Lucianne Attard, qalet li kienet taħdem bħala prostituta fl-appartament ta’ Theresa u kienet tħallas 20 euro kuljum kera.
//= $special ?>

