Il-boxer Malti Steve Martin ġie inkurunat champion tad-dinja tal-WBF meta dan l-aħħar għeleb lil Graham Earl. Għal Martin dan kien suċċess kbir, speċjalment meta wieħed iqis li dan iġġieled kontra boxer li għandu esperjenza aktar minnu u li qiegħed fid-49 post tar-rankings mondjali. Din kienet l-ewwel darba fl-istorja li boxer rebaħ titlu mondjali. Martin rebaħ b’knockout teknika fl-10 rawnd minn total ta’ 12. Għal dawn l-aħħar xhur Martin tħarreġ bla waqfien taħt it-tmexxija tal-kowċ Barry Smith u fil-ġlieda ta’ ġimgħa ilu Martin wera teknika kbira u baqa` aggressiv sal-aħħar, sakemm l-avversarju tiegħu irtira fl-10 rawnd. Fis-sitt rawnd Earl beda jnaqqas mir-ritmu u kien hawn meta Martin approfitta biex għeleb lill-eks champion tal-WBU. B’din ir-rebħa, Martin issa għandu total ta’ 12-il rebħa fil-karriera tiegħu.
Intant, fl-istess serata l-Malti Tyrone Borg kellu wirja mill-aqwa fir-rebħa li kiseb kontra Zoltan Feher tal-Ungerija. B’din ir-rebħa b’knockout, Borg ġie inkurunat champion tal-Light Heavyweight.
//= $special ?>

