Lokali

Suldati tal-FAM ippremjati b’medalja kommemorattiva għall-ħidmiet ta’ paċi fl-ibħra territorjali tas-Somalja

21 suldat mis-C Special Duties Company tal-Ewwel Reġiment tal-Forzi Armati ta’ Malta ngħataw il-medalja kommemorattiva għall-ħidmiet ta’ paċi. Dan wara li ħadu sehem f’missjoni kontra l-piraterija fl-ibħra territorjali tas-Somalja bejn il-11 ta’ Mejju u s-27 ta’ Awwissu 2014.

Il-premjazzjoni saret abbord il-vapur navali Olandiż DeZeven Provincien fix-Xatt ta’ Pinto fil-Belt. Preżenti għall-okkażjoni kien hemm il-Brigadier tal-FAM Jeffrey Curmi, l-ogħla Uffiċjali tal-FAM, l-Ambaxxatriċi tal-Olanda f’Malta, kif ukoll diversi qraba tas-suldati Maltin.