L-iskejjel kollha fin-Niġerja kienu ordnati jinżammu magħluqa sat-13 ta’ Ottubru bħala parti mill-ħidma biex tiġi kontrollata l-Ebola.
Is-sena skolatiska fin-Niġerja suppost kellha tibda nhar it-Tnejn.
S’issa ħames persuni mietu fin-Niġerja minħabba l-Ebola. B’kollox huma 1,400 li mietu minħabba din il-marda li qd tinfirex fil-Guinea, il-Liberja u Sierra Leone apparti n-Niġerja. Il-marda waslet fin-Niġerja wara li f’Lulju persuna infettata daħlet fil-pajjiż bl-ajru mil-Liberja.
//= $special ?>