Sport

Xabi Alonso jirtira minn ma’ Spanja

Il-midfielder ta’ Spanja Xabi Alonso ħabbar li irtira minn ma’ Spanja. Alonso, li għandu 32 sena lagħab 114-il darba ma’ Spanja u rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2010 u darbtejn il-kampjonati Ewropej. L-avventura ta’ Alonso ma’ Spanja ma tantx kellha tmiem tajjeb hekk kif it-tim safa eliminat mill-fażi tal-gruppi tat-Tazza tad-Dinja fil-Brażil.

“Kien unur għalija li lbist il-flokk ta’ Spanja għal 11-il sena u nemmen li wasal il-mument biex inwarrab,” qal Alonso. Ta min jiftakar li wara t-Tazza tad-Dinja diversi plejers bħal ma huma Nasri u Ribery ta’ Franza, Xavi ta’ Spanja, Lampard u Gerrard tal-Ingitlerra u Drogba tal-Ivory Coast kollha ħabbru li kienu se jirtiraw minn mat-tim nazzjonali rispettiv tagħhom. Xabi Alonso, eks plejer ta’ Liverpool issa se jiffoka fuq il-klabb tiegħu Real Madrid, klabb li miegħu, f’Mejju li għadda rebaħ iċ-Champions League u riċentament rebaħ il-UEFA Super Cup.