Grupp ta’ madwar 250 immigrant mistenni jiddaħlu f’pajjiżna illum wara nofsinhar wara li ġew salvati iktar kmieni dalgħodu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta.
L-immigranti kienu mgħejuna minn bastiment merkantili li beda l-operazzjoni ta’ salvataġġ. Fuq il-post waslu wkoll żewġ patrol tal-Forzi Armati ta’ Malta;il-P52 u l-P24 li qed jgħinu biex il-kumplament tal-immigranti jkomplu jittellghu abbord.
B’hekk dan hu l-ikbar grupp ta’ immigranti li mistenni jiddaħlu f’pajjiz matul din is-sena fejn pajjizna ra tnaqqis drastiku mill-ammont ta’ immgiranti li ddaħħlu f’pajjizna fis-snin li għaddew.
Fattur improtanti li kkontribwixxa għal dan it-tnaqqis hi l-operazzjoni Mare Nostrum immexxija mill-Gvern Taljan u li swiet lill-pajjiz mad-9 miljun ewro.
Il-Kummissjoni Ewropea diġa’ ħabbret li minflok se tinħoloq operazzjoni simili mmexxija mill-Unjoni Ewropea.
//= $special ?>

