Lokali

Attivitajiet f’għeluq l-40 sena anniversarju mil-bidu tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Vjetnam

L-għeluq tal-40 sena anniversarju mil-bidu tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Vjetnam se jiġi mfakkar permezz ta’ attivitajiet kulturali ta’ mużika u żfin tradizzjonali Vjetnamiż.

Fost il-gruppi li se jieħdu sehem f’dan il-festival hemm il-‘Camelia Group’ġ grupp ta’ żfin folkloristku u modern u d-diżinjaturi Hoang Hai u Xuan Le li jispeċjalizzaw f’kostumi tradizjonali Vjetnamiżi.

F’dan il-festival se jipparteċipa wkol is-‘Sol Art Group’ġ grupp Vjetnamiż li jgħin lit-tfal u ż-żgħazagħ jiżviluppaw kemm fiżikament kif ukoll mentalment biex b’hek jibnu futur ahjar għalihom stess. Dan il-grupp jaħdem u jinkariġixxi wkoll lit-tfal u żgħażagħ biex jiżviluppaw it-talenti tagħhom u jħeġġiġhom jipparteċipaw f’attivitajiet kulturali.

F’din l-attivita’ kulturali li se tkun mtella’ fit-Teatru l-Imwaqqa’ fil-Belt Valletta se jkun hemm ukoll preżenti l-President ta’ Malta M’Louise Coleiro li ndirizzat din l-attivita’ kulturali.