Imnedija l-attivitajiet għall-Ġimgħa Ewropea għall-Mobbilta Urbana li se ssir bejn is-16 u t-22 ta’ Settembru li ġej u li fiha se jsir enfażi fuq attivitajiet organizzati mill-Kunsilli Lokali.
Biex iniedi dawn l-attivitajiet saret konferenza tal-aħbarijiet fil-Belt li fiha hadu sehem il-Ministri Leo Brincat, Anton Refalo u Joe Mizzi flimkien mas-Segretarji Parlamentari Stefan Buontempo u Michael Falzon.
L-attivitajiet se jinkludi kompetizzjoni bejn il-kunsilli lokali dwar attivitajiet organizzati tul dik il-ġimgha, car free day fit-22 ta’ Settembru u maraton bir-roti fl-Indipendenza, il-21 ta’ Setetembru.
L-enfażi f’dawn l-attivitajiet se tkun li titqanqal kuxjenza dwar l-importanza li jitnaqqas it-tniġġiż kaġunat minn vetturi u makkinarju jew apparta ieħor li jniġġeż.
Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo semma lil Għawdex u qal li fil-ġranet ta’ Santa Marija qasmu l-Fliegu 18,000 vettura u 70,000 passiġġier waqt kli din is-sena Għawdex mistenni jilħaq il-miljun turist. Bħal fil-każ ta’ Malta, dawn l-elementi qed iġibu pressjonijiet kbar fuq l-ambjent.
Sadanittant, hekk kif il-Gvern ghadu kif fetaħ proċess ta’ konsultazzjoni dwar iċ-ċaqliq tal-elezzjonijiet tal-kunsilli tas-sena d-dieħla, li dwaru suppost se jikkonsulta mal-kunsilli lokali wkoll, mhux l-istess jista’ jingħad li għamel mal-istess kunsilli, fil-każ tat-tnedija tal-European Mobility Week. Dan għaliex korrispondenza li kiseb dan l-istazzjon turi li s-Sindki u l-Kunsillieri, u fuq kollox l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li tirrappreżentahom, huma urtati għall-mod kif ġew trattati fir-rigward tat-tnedija ta’ dan l-avveniment li saret ilbieraħ filgħodu f’Misrah San Gorg.
Fil-fatt, is-Sindki u l-kunsillieri lmentaw formalment mal-Gvern li ġew avzati biex jattendu dwar din il-konferenza stampa inqas minn 24 siegħa qabel tant li f’ittra li l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Marc Sant kiteb lid-Direttur tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali, bi tweġiba għall-istedina li rcieva, qallu li jekk id-Dipartiment verament xtaq li jkun hemm il-konkorrenza tal-kunsillieri, seta’ ħareġ l-istedina ġranet ilu u mhux 24 siegħa biss qabel il-konferenza stampa.
Fl-ittra, li fiha kkopja lis-Sindki u l-kunsilli kollha ta’ Malta u Għawdex, il-kunsillier Laburista ta’ Ħal Lija kompla jitkeb li l-kunsilli u l-kunsillieri mhumiex backdrop jew xi ħaġa biex tintuża biex jimtela l-vojt iżda għandhom jiġu rispettati ta’ Gvern lokali.
//= $special ?>
