Ilbieraħ Balzan Futsal bdew l-impenji tagħhom fi Grupp F tar-rawnd preliminari tal-UEFA Cup b’telfa ta’ 7-2 kontra MNK Alumnus Zagreb tal-Kroazja. L-avversarji tal-Maltin marru fil-vantaġġ wara biss minuta b’gowl ta’ Dulvat u Balzan wettqu reazzjoni immedjata meta ġabu d-draw b’gowl ta’ Raducu. Minn hawn ‘il quddiem Balzan ma għarfux iżommu mar-ritmu tal-avversarji li skurjaw erba’ gowls oħra permezz ta’ Ledinscak, Ziberi, Grbesa (doppjetta) u Capar (doppjetta). It-tieni gowl ta’ Balzan skurjah Safar.
Illum, fit-8pm Balzan jilagħbu kontra Copenhagen Futsal tad-Danimarka bit-tama li jsiru l-ewwel tim Malti li jkun ikkwalifika mir-round preliminari wara tmien tentattivi.
Kif bdew: 1.Farrugia, 5.Dobre, 10.Dan, 19.Raducu, 22.Safar
//= $special ?>

