Il-kelliema tal-Gvern qed joqogħdu lura milli jwieġbu jekk jaqblux l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali għandhomx ikunu posposti jew imħassra.
Il-Gvern bħalissa jinsab iffaċċjat bi kritika pubblika wara li ħabbar il-pjan li l-elezzjonijiet li ġejjin tal-kunsilli lokali ma jsirux minħabba raġunijiet ta’ finanzi. Dawn jitmexxew għall-2019, mal-elezzjonijiet Ewropej, biex il-kunsilli attwali se jkollhom terminu ta’ 7 snin.
Kien wara li żvela l-istorja dan l-istazzjon li l-Gvern ħabbar il-bidu tal-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar din il-proposta.
Issa staqsejna lis-Segretarju Parlamentari li huwa propju responsabbli mill-Kunsilli Lokali dwar x’inhi l-opinjoni tiegħu fuq l-elezzjonijiet ta’ Marzu li ġej. Imma Stefan Buontempo jidher li m’għandux opinjoni.
L-obbligu ta’ kull politiku hu li jifforma opinjoni dwar r-realtajiet li jkunu qed jolqtu lis-soċjeta’. Aktar minn hekk, ikun mistenni minn politiku f’kariga, bħalma hi dik ta’ Ministru jew Segretarju Parlamentari, li jesprimi l-opinjoni fir-rigward tas-setturi li appuntu jkun responsabbli għalihom. Hu għalhekk naturali li s-Segretarju Parlamentari responsabli mill-kunsilli Lokali jkollu opinjoni dwar it-tibdil li se jitwettaq fuq meta jsiru l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali. Izda s-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo jahsibha mod iehor.
Anke l-Ministru Owen Bonnici kien ħarab milli jwieġeb, meta mistoqsi minn Netnews, l-elezzjonijiet lokali ta’ Marzu tas-sena d-dieħla hux se jsiru jew le – u kien qalilna li l-Gvern se jikkonsulta, imma ma qalilniex meta, u ma’ min.
Biex imbagħad, inqas minn 24 siegħa wara, evidentement b’reazzjoni għall-istorja li żvelajna, sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet b’urġenza biex iħabbar li l-Gvern fetaħ perjodu ta’ konsultazzjoni dwar iċ-ċaqliq ta’ dawn l-elezzjonijiet.
//= $special ?>

