Il-Qorti tal-Appell Kriminali preseduta mill-Imħallef Michael Mallia laqgħet ir-rikors tal-Avukat Generali u ordnat l-arrest tas-saċerdot Jesmond Gauci ta’ 41 sena mix-Xagħra, Ghawdex li jinsab mixli li kkorrompa tliet tfajliet taħt l-eta fis-snin li għaddew.
It-tfajliet huma mir-Rabat, ix-Xewkija u l-Fontana. L-arrest iżda se jibqa’ fis-seħħ sakemm jixhdu l-allegati vittmi. Il-Qorti qalet li mingħajr ma jiġu leżi d-drittijiet tal-imputat normalment ma jingħatax il-liberta’ provizorja qabel ma jixhdu l-allegati vittmi u dan biex ma tigix intraċċata x-xhieda.
Għaldaqtant waqt li kkonfermat id-digriet tal-Qorti tal-Magistrati ta’ Għawdex, sakemm jixhdu l-vittmi dan qed jiġi sospiż, u għalhekk fil-frattemp il-Qorti qed tordna li jiġi arrestat.
L-Avukat Kristina Debattista li flimkien mal-Avukat Philip Galea Farrugia qed tirrappreżenta l-Avukat Generali qalet li ma kienx propizju li fi stadju daqstant bikri tal-proċeduri l-akkużat ngħata l-ħelsien mill-arrest hekk kif tressaq b’arrest fil-Qorti.
Hija qalet li qatt ma nstema’ qabel, li qabel ma nstemgħu l-vittmi, aktar u aktar li huma tliet tfajliet minorenni u vulnerabblli dan jingħata l-liberta’ provizorja mill-ewwel.
L-Avukat difensur Carmelo Galea qal li tnejn mit-tfajliet, illum huma adulti. Tenna li saħansitra meta seħħ il każ waħda mit-tfajliet allegati vittmi kellha 17-il sena u disa’ xhur u l-oħra kellha bejn 16 u 17 u l-oħra. It-tielet tfajla allegata vittma llum għandha 17-il sena.
Huwa qal li jemmen li l-klijent tiegħu huwa innoċenti iżda jekk stess huwa ħati dan ma jfissirx li huwa xi pedofelu. Il-media tagħat l-impressjoni li huwa pedofelu, u li moħħu biex jattakka tfajliet zgħar, meta mhux il-każ.
Qal għal darba ohra li jekk seħħ mhux qed jipprova jiġġustifika, imma jekk seħħew l-azzjonijiet ma kienux gravi iżda limitati. L-akkużat huwa magħruf f’Għawdex u diġa ngħata kundizzjonijiet iebsa mill-Qorti fosthom dik li ma jistax joħrog mir-Raħal tiegħu x-Xagħra u dan wara li l-allegati reati qed jingħad li seħħew fix- Xewkija, Rabat u l-Fontana.
Ftit tal-jiem ilu l-Qorti tal-Magistrati preseduta mill-Magistrat Neville Camilleri laqa’ r-rikors li sar mill-Ispettur Silvana Briffa f’isem il-Kummissarju tal-Pulizija biex isem is-saċerdot mixli li kkorrompa tliet bniet minuri jibqa’ mistur.
Il-Qorti qalet li l-qassis Jesmond Gauci ma jigix mill-allegati vittmi u barra minn hemm il-liġi ma tgħidx li għandu jkun hemm divjet f’każ bħal dan.
Sadanittant, soċu tal-mużew ta’ 46 sena ġie mixli li nhar il-Ħadd li għadda kkorrompa tifel ta’ 10 snin fil-baħar taħt li “Splash and Fun” f’Bahar ic-Cagħaq, limiti tan-Naxxar. Ir-raġel ġie mixli li nhar il-Ħadd li għadda b’għemil żieni kkorrompa persuna taħt l-eta’ meta suppost kien li jieħu ħsiebu u jedukah.
L-Ispettur Josric Mifsud qal li huwa kien qed jesiġi li l-Qorti ma’ takkordax il-liberta’ provizorja lill-akkuzat ta’ l-anqas sakemm jixhed it-tifel. Il-Qorti qalet li kienet qed tilqa’ t-talba u għalhekk caħdet il-liberta’ proviżorja.
//= $special ?>

