Internazzjonali

Immigrant speċjali fl-Italja

Il-wasliet tal-immigranti fl-Italja ma jaqtgħu xejn, imma jumejn ilu f’Pozzallo wasal immigrant speċjali. Filfatt l-uffiċjali Taljani sabu qattus abjad maqful f’gaġġa u miżmum sew f’idejn sidtu; tfajla Sirjana li ma setgħetx taħrab mill-gwerra fis-Sirja u tħalli warajha l-annimal domestiku tant għal qalbha. Imma malli ġiet fi tmiemha l-operazzjoni ta’ salvataġġ, it-tfajla u l-qattus kienu separati. It-tfajla ttieħdet lejn iċ-ċentru fejn jinżammu l-immigranti filwaqt li l-qattus, li kien aġitat ħafna, ittieħed lejn ċentru tal-annimali biex jiġi ċċekkjat u ngħata vaċċini kontra l-mard.