Lokali

Installazzjoni ta’ kameras tal-veloċità fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar

Speed cameras qed jiġu installati fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar, fejn ftit wara li sar dan fuq is-social network ta’ Facebook bdiet petizzjoni għat-tneħħija tagħhom.

Transport Malta (TM) qalet li ma sabet l-ebda oġġezzjoni lejn is-suġġeriment li propona l-Kunsilli Kumitat Reġjonali Lokali (ir-reġjun tat-Tramuntana) biex ikun hemm installazzjoni ta’ kameras sabiex jiħi mrażżan s-sewqan b’veloċita’ eċċessiva. Dan il-fattur sar komuni ħafna f’din it-triq.

“Il-kumitat huwa favur l-istallazzjoni tal-kameras, wara li residenti ilmentaw fuq dan l-inkonvenjent li bdew joħolqu il-vetturi li bdew jsuqu b’veloċita kbira. L-Awtorità ħadet ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Maġistrat Dr Francesco Depasquale, li ħeġġeġ lill-Awtorità biex jikkunsidraw l-istallazzjoni ta’ kameras tal-veloċità (speed cameras) biex jitrażżnu l-abbużi fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar. Statistika ta’ inċidenti fit-toroq, miġbura mill-Pulizija u Transport Malta għal dan il-qasam ukoll jikkonferma illi l-bypass rat numru t’inċidenti, li wħud minnhom kienu fatali minħabba veloċità eċċessiva,” TM qalet.

Kien hemm dibattitu fl-2010 dwar jekk cameras għandhomx jiġu installati f’toroq li mhumiex residenzjali u l-għan ewlieni tagħhom hu mmirat biex itaffi t-traffiku.

Fl-2012 kien hemm studju li sabu li  erbgħa minn kull għaxra wieġbu li ma kienux sodisfatti bis-sistema li jużaw il-Gwardjani Lokali, il-maġġoranza kbira kienet favur il-kameras tal-veloċità. L-istudju kien ikkummissjonat mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u kienu involuti mal-elf rispondent.

F’Settembru tas-sena l-oħra, l-Ministru tat-Turiżmu Karmenu Vella qal fil-parlament li l-Kumitat Reġjonali għat-Tramuntana kien issottometta l-applikazzjonijiet għall-installazzjoni ta’ speed cameras fil-Mellieħa u n-Naxxar.

F’Lulju ta’ din is-sena, nies li jgħixu qrib il-bypass ta’ San Pawl il-Baħar sejħu għall-installazzjoni ta’ speed cameras u qalu li t-triq kienet saret ferm aktar perikoluża.