Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan fetaħ għall-pubbliku shelter tat-Tieni Gwerrra Dinjija u li fil-komunita hu magħruf bħala ‘Ix-Shelter ta’ Lapsi’.
Ix-shelter, li jinsab ħdejn il-Kappella ta’ Lapsi, kien inawgurat waqt attivita li fiha tkellmu s-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattvia Michael Falzon, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern lokali Stefan Buontempo u s-Sindku ta’ San Ġiljan Peter Bonello.
L-attivita inkludiet ukoll purċissjoni minn tfal tal-lokal bi statwa ta’ San Ġiljan, recording ta’ Lord Chamberlain mta ħabbar li l-Ingilterra daħlet fit-Tieni Gwerra Dinjija u daqq ta’ sirena li kienet tintuża matul il-gwerra waqt il-ħbit mill-ajru. Fl-inwgurazzjoni sar ukoll diskors minn Martina Micallef, tifla ta’ 11-il sena dwar il-ħajja fix-shelter.
Qabel sar il-ftuħ ix-shelter kien spezzjonat u bdew isiru l-konsultazzjonijiet u r-riċerki meħtie;a biex tinkiseb l-informazzjoni meħtie;a dwar dan ix-shelter. Ix-shelter għandu żew; bokok b’waħad minnhom quddiem l-entratura prinċipali tal-Kappella ta’ Lapsi. L-entratura l-oħra tinsab fl-istess żona. Ix-shelter fih tara; u diversi kurituri li jagħtu għall-kmamar li fihom kienu jinżlu l-Ġiljaniżi ta’ dik iż-żona meta l-lokal kien ikun attakkat mill-ħbit mill-ajru fit-Tieni Gwerra Dinjija.
//= $special ?>