Lokali

Jum il-Vitorja mfakkar b’serata kommemorattiva

Il-Kumitat Festi Nazzjonali se jorganizza s-serata kommemorattiva f’Misraћ l-Assedju l-Kbir il-Belt Valletta nhar is-Sibt 6 ta’ Settembru fis-19:30.

Matul is-serata kommemorattiva jsir id-diskors tal-okkażjoni. L-ewwel diskors tal-okkażjoni lura fl-1927 kien sar mill-poeta nazzjonali. Fost id-diversi personaġġi li għamlu din it-taħdita’ insibu li kien hemm tlett ex-Presidenti ta’ Malta Repubblika li kienu nkarigati biex jfakkru dan il-jum bid-diskursata tagħhom. Fl-1966 kien għamel id-diskors tal-okkażjoni Ugo Mifsud Bonnici, Fl-1972 Anton Buttigieg waqt li fl-1995 id-diskors kien sar minn Ċensu Tabone.

Din is-sena d-diskors tal-okkażjoni se jsir minn Giuseppe Schembri Bonaci.

Apparti dan id-diskors kommemorattiv is-serata tinkludi wkoll wirja mill-In Guardia Re-enactors, qari ta’ poeżiji, żfin mill-iskola ta’ żfin ta’ Brigitte Gauci Borda, il-kor ta’ Doreen Galea u l-parteċipazzjoni tal-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta. Il-qofol tas-serata jintlaħaq biċ-ċerimonja ta’ tqegħid ta’ kuruni fuq l-istess monument minn diversi persuni jew entitajiet, fosthom il-Prim Ministru, L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti u l-Kap tal-Oppożizzjoni.