Kummissjoni indipendenti tan-Nazzjonijiet Uniti sabet li aktarx il-Gvern Sirjan uża gass tal-klorina kontra l-popolazzjoni ċivili filwaqt li l-militanti Islamiċit al-Istat Islamiku , wettaq reati kontra l-umanita fl-attakki li wettaq kontra l-popolazzjoni Sirjana.
Dan fl-istess ħin li sar magħruf li l-istati Uniti diġa qed twettaq titjiriet ta’ stħarriġ fuq is-Sirja, bi thejjija għall-possibbilta ta’ attakki kontra l-militanti islamiċi fil-pajjiż. Iżda l-Gvern Amerikan għamilha ċara li hu ma kienx se jikkoordina mar-reġimn Sirjan f’dawn l-attakki.
Il-konkluzjonijiet dwar l-atroċitajiet fis-Sirja ħareġ mir-rapport tal-kummissjoni tan-NU, li kienet intalbet tinvestiga jekk qed jitwettqux reati tal-gwerra fis-Sirja.
Skont ir-rapport, fix-xahar ta’ April biss gass intuża mir-reġim Sirja tmien darbiet kontra rħula f’Idlib u Hama fit-Tramuntana tas-Sirja. Xhieda qalu li hekk kif dehru ħelikopters tar-reġim, fiz-zona bdiet tinxtamm riħa qawwija ta’ klorina.
//= $special ?>

