L-aġenzija tal-Unjoni Ewropea, il-Frontex se tieħu f’idejha l-ħidma li kienet qed tagħmel l-Italja permezz ta’ Mare Nostrum.
L-Italja kienet qed tmexxi l-ħidma Mare Nostrum minħabba t-traġedji kbar li kien hemm fil-Mediterran meta laneċ mimlija immigranti għerqu b’konsegwnzi traġiċi.
Tul din is-sena l-Italja ġabret aktar minn 100,000 persuna u ma tistgħax tkompli ġġorr il-piż waħedha anki minħabba l-ispiża kbira tal-ħidma militari kontinwa.
Il-ħidma ġdida se tkun imlaqqma Frontex.
Malmstrom qalet li l-Frontex Plus se tkun verżjoni Iċken tal-Mare Nostrum imma d-dettalji eżatti għadd iridu jitħadmu u Alfano qal li issa l-Gvern Taljan se jara kif se jitħaddem il-proċess ta’ transizzjoni minn Mare Nostrum għal Frontex Plus. It-tir hu li f’Novembru l-Frontex Plus tkun bdiet taħdem.
//= $special ?>

