Qorti

Sentenza sospiża għal Somalu li seraq handbag ta’ turista

Somalu ta’ 23 sena li jgħix fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa ġie kkundannat sena ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Giovanni Grixti li fis-sigħat bikrin tal-Ħamis filgħodu huwa seraq handbag ta’ tfalja Svizzera.

It-tfajla spjegat kif waqt li kienet miexja f’Paceville persuna ġiet minn warajha u ħadilha l-handbag.

Dak il-lejl il-pulizija rċiviet rapporti li kienet hemm xi vandaliżmu fejn il-Bajja ta’ San Ġorġ għall-ħabta tal-5.00 a.m. Hemmhekk Abdirisaq Dahir Diheye inqabad mill-Pulizija.

Il-Pulizija qabdet lis-Somalu meta f’idejh sabulu l-i-phone u d-deskrizzjoni tal-oġġetti misruqin. Il-Pulizija rnexxielha ssib iphone, flus franki Svizzeri u l-handbag iżda ma nstabx il-passaport tat-tfajla u xi dokumenti oħrajn. Il-Pulizija għamlu kuntatt għall-konslu Svizzeru u li dan ntervjena.