Internazzjonali

Tikkundanna s-sigaretti elettroniċi

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li s-sigaretti elettroniċi għandhom ikunu pprojbiti fil-magħluq u għandu jkun hemm sensiela ta’ regoli dwar l-użu tagħhom.

Il-WHO sostniet li dawn is-sigaretti elettroniċi, magħrufa wkoll bħala e-cigarettes, perikolużi għal nies li jkunu viċin dawk li jkunu qed jużawhom, minħabba d-dħanen tagħhom. Dawn is-sigaretti kienu ivvintati fiċ-Ċina fl-2003, u l-WHO żiedet li l-evidenza li dawn jgħinu lin-nies jaqtgħu s-sigaretti, kienet limitata.