Jet privat ieħor il-Ġimgħa filgħaxija wassal erba’ nies midruba lejn Malta wara li kienu nvoluti fi ġlied qalil fil-Libja. Il-midruba kienu ġejjin minn Mitiga bi ġrieħi ta’ armi tan-nar.
L-ajruplan niżel fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għal ħabta tat-8.15 p.m. u fuq il-mitjar mill-ewwel waslet ambulanza li kienet segwita bi tlieta oħra. Waslu wkoll ambulanzi tas-St. John Ambulance Brigade.
Dan is-sit kellu tagħrif li, fost il-persuni abbord l-ajruplan, seta’ kien hemm min miet waqt li kien qed jiġi trasportat lejn Malta.
Maltarightnow.com segwa, għal xi ħin, il-ħidma ta’ diversi paramediċi li dehru preparati bl-istretchers. Uħud telgħu abbord l-ajruplan biex invistaw lil persuni feruti sakemm dawn tniżżlu l-art u twasslu għal kura urġenti fl-Isptar Mater Dei.
Dan il-kaz isegwi dak li sehh il-Ħamis filghaxija meta sitt persuni li ndarbu fil-Libja twasslu abbord jet privat lejn Malta għal kura immedjata.
//= $special ?>