Qorti

Anzjan għamel użu minn oġġett misruq

Anzjan Ingliż ta’ 72 sena ingħata l-libertà bil-kundizzjoni li ma jikkommettix reat ieħor għal sentejn wara li nstab ħati li għamel użu minn oġġett misruq li kien trolley tal-elettriku u jippartjieni lil membru tar-Royal Malta Golf Club fil-Marsa.

Alfred Brown, residenti Wied il-Għajn, instab ħati li wettaq dan ir-reat f’Settembru tas-sena l-oħra. Wara li kien irrapportat lill-pulizija li Brown deher juża dan it-trolley, għall-ewwel Brown qal li t-trolley xtrahulu l-ħabib tiegħu, Alistair McLean, through ebay għal €400.

Meta mitlub mill-pulizija jippreżenta l-irċevuti jew dokumenti li jikkonfermaw dan, Brown ma pprovda ebda dokumenti u lanqas informazzjoni fuq sieħbu għax tenna li ma kienx għadu f’kuntatt miegħu.

Wara iktar investigazzjoni Brown ġie mixli bis-serq tat-trolley u kellu żewġ possibbiltajiet, li jew jirritorna t-trolley jew inkella jżommu l-Għassa gœal 48 siegœa u jitressaq il-qorti mill-ewwel. Brown iddeċieda li jirritorna t-trolley fir-Royal Malta Golf Club.

Quddiem dawn l-provi, il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera, qalet li waqt li Brown kien akkużat b’serq u li għamel użu ta’ oġġett misruq, il-kamra minn fejn ittieħed it-trolley kienet aċċessibbli għall-pubbliku u ħadd ma ra dan il-każ jitwettaq u għalhekk Brown ġie lliberat mill-akkuża ta’ serq.

Qalet li l-akkużat kellu kodotta nadifa u għalhekk ħasset li fiċ-ċirkostanzi kellu jiġi ttrattat daqs li kieku huwa ‘a first time offender’. Għalhekk Brown instab ħati li għamel użu minn oġġett misruq u kien illiberat b’kundizzjoni li ma jagœmilx reat ieœor gœal sentejn.