Tnejn mid-Diretturi tal-kumpanija Malta Cross Financial Services Ltd, Stephen Spiteri u Robert Cutajar, qalu f’kontro-protest li huma ppreżentaw, li Direttur ieħor ammetta magħhom li kien hemm nuqqas ta’ €6 miljuni fl-assi tal-klijenti, u dwar dan ġiet notifikata l-MFSA u l-Pulizija.
Id-Diretturi kienu qegħin iwieġbu permezz ta’ kontro-protest, il-protest li għamlu 14-il investitur li aktar kmieni din il-ġimgħa talbu biex jiġi mgħoddi lura lilhom il-kapital li huma kienu nvestew mal-kumpanija.
Id-Diretturi qalu li fil-jiem ta’ qabel is-7 ta’ Awwissu, meta l-MFSA issospendiet l-operazzjonijiet tal-kumpanija, Jean Claude Bugeja, Direttur ieħor lin kien sfurzat jirreżenja mill-MFSA kien ammetta magħhom li kien hemm nuqqas ta’ €6 miljuni, fl-assi tal-klijenti.
Dan ma kienx qed jiġi rifless fil-kotba tal-kumpanija. Kien Bugeja l-persuna responsabbli għal dan in-nuqqas qalu d-Diretturi. Is-sitwazzjoni li wasslet għal din il-pożizzjoni bdiet fl-2008 meta l-kumpanija kienet magħrufa bħala Island Financial Services Ltd, u dan anke qabel ma huma saru Diretturi.
Huma kienu mħeġġa jieħdu ħamsa fil-mija isħma fil-kumpanija u saru Diretturi. Madankollu kif saru jafu li kien hemm diversi rregolaritajiet, huma rrappuraw ikl-każ lil MFSA u l-Pulizija.
Qalu li l-uffiċini tagħhom issa jinsabu taħt il-ġurisdizzjoni tal-MFSA u l-Pulizija u human m’għandhom l-ebda aċċess għar-rekords. Huma staqsew ukoll kif l-investituri jistennew kif il-kapital tagħhom ikun garantit. Iż-żewġ Diretturi qalu li huma qatt ma kellhom x’jaqsmu mal-investinment ta’ dawn l-14-il investiture u kien biss is-Sur Bugeja li kellu x’jaqsam. L-Avukat Stefano Filletti iffirma l-kontro-protest.
//= $special ?>

