‘Il fuq minn tliet miljun Sirjani huma rreġistrati bħala refuġjati u b’din il-kriżi qed issir dejjem aktar iddisprata wara aktar minn tliet snin ta’ konflitt qalil f’dan il-pajjiż.
L-aġenzija tan-NU għar-refuġjati, il-UNHCR, sostniet li s-Sirja, illum, ipproduċiet ‘l-akbar emerġenza umana ta’ żmenijietna’ meta kważi nofs il-poplu Sirjan spiċċa sfurzat li jabbanduna r-residenzi. Il-maġġoranza tar-refuġjati ħarbu lejn il-pajjiżi li jaqsmu fruntiera mas-Sirja, bil-maġġoranza tagħhom, illum, qegħdin ifittxu l-kenn fil-Libanu.
Il-gruppi tal-Oppożizzjoni fis-Sirja ilhom jikkumbattu lill-qawwiet leali għall-President Sirjan, Bashar al-Assad, mindu l-Gvern tiegħu uża l-vjolenza biex irażżan il-protesti kontra l-amministrazzjoni, f’Marzu tal-2011. Intant, mietu ‘l fuq minn 190,000 persuna f’dawn is-snin ta’ gwerra ċivili.
//= $special ?>